MFA - Malta Football Association

01/09/2017 | News release | Distributed by Public on 01/09/2017 09:13

'Se nkompli naħdmu għal aktar timijiet...

Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, f'konferenza stampa organizzata t-Tnejn f'12.00pm minn Malta Training Camps Ltd, b'kollaborazzjoni mal-MFA, qal li l-Assoċjazzjoni Maltija se tkompli taħdem fix-xhur u s-snin li ġejjin biex f'pajjiżna jigu aktar timijiet għat-training camps. Dan kollu jwassal għal aktar attrazzjoni lejn Malta u għal fiduċja assoluta li klabbs professjonali minn madwar pajjiżna għandhom fil-faċilitajiet li toffri l-MFA u li fuq kollox joffri pajjiżna.

'Ninsab kuntent li llum qegħdin lkoll hawn miġbura biex infaħħru proġett li tista' tgħid beda mix-xejn u llum kiber sew. Dan kollu jikkonferma kemm Malta tibqa' attrazzjoni għal diversi setturi fil-ħajja, u mhux biss il-futbol. Aħna, bħala MFA, se nkomplu naħdmu biex dan kollu jkompli jikber għall-ġid tal-futbol u għall-ġid ta' pajjiżna,' qal Chetcuti.

FL-istess konferenza tkellmu Dr Gavin Gulia, Chairman tal-Malta Tourism Authority, li qal li min-naħa tagħhom, se jkompli jgħinu u jagħtu l-appoġġ sħiħ lill-Malta Training Camps Ltd u lill-MFA.

'Din hi opportunita' kbira u sabiħa u aħna naħsbu li permezz ta' timijiet bħal dawn, l-attrazzjoni lejn Malta u lejn it-turiżmu f'pajjiżna se jkompli jikber. Illum u fil-futur, se nkunu qed naħdmu id f'id għall-ġid ta' affarijiet bħal dawn,' qal Dr Gulia.

Tkellmu wkoll Hannes Empl, id-Direttur ta' Malta Football Camps, Antonio Gambardella minn Travel Club Ltd, Friedhelm Funkel, kowċ ta' Fortuna Dusseldorf u rappreżentant tal-klabb Staebek tan-Norveġja li jinsab f'pajjiżna.

Intant, kienu kkonfermati t-timijiet kollha li se jiġu f'pajjiżna għall-training camps fil-ġimgħat li ġejjin:

Fortuna Dusseldorf 1895 FC (mill-4 ta' Jannar sal-11 ta' Jannar)

Universitatea Craiova (mis-6 ta' Jannar sas-16 ta' Jannar u mit-18 ta' Jannar sas-27 ta' Jannar)

St Gallen (mill-11 ta' Jannar sal-21 ta' Jannar)

Stabaek (mit-3 ta' Frar sat-13 ta' Frar)

RZ Pellets WAC (mill-20 ta' Jannar sad-29 ta' Jannar)

FC Winterthur (mit-18 ta' Jannar sal-25 ta' Jannar)

It-tim nazzjonali tal-Slovakkja (mill-20 ta' Marzu sas-27 ta' Marzu)

MLS/PSC USA (mis-17 ta' Jannar sat-28 ta' Jannar) u (mid-19 ta' Marzu sat-30 ta' Marzu)