Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

12/08/2016 | Press release | Distributed by Public on 12/21/2016 02:26

L-OPPOŻIZZJONI TRID TREĠĠA’ L-ARLOĠĠ LURA

L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-powerstation il-ġdida li taħdem bil-gass hija sempliċiment konferma oħra ta' kemm l-istess Oppożizzjoni trid treġġa' l-arloġġ lura biex pajjiżna jibqa' juża ż-żejt li jniġġeż.

It-talba tal-Oppożizzjoni lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi hija skoretta għal kollox. Fil-fatt, id-deċiżjoni li ma tilqax it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni ttieħdet mill-bord tal-Awtorità unanimament.

Il-proċess b'rabta mal-permess, li se jassigura qalba għall-gass u għalhekk arja aktar nadifa, huwa miftuħ, ibbażat fuq konsultazzjoni wiesgħa u skont il-liġijiet tal-pajjiż u d-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru José Herrera jħoss li huwa inspjegabbli kif l-Oppożizzjoni qed tippretendi li tingħata trattament preferenzjali u 'l fuq mil-liġi.

Dan huwa xhieda ta' min huwa parti mill-establishment u b'arroganza jaħseb li għandu d-dritt divin li jmexxi anke kontra l-liġijiet tal-pajjiż.