Results

MFA - Malta Football Association

12/04/2016 | News release | Distributed by Public on 12/04/2016 05:47

Kevin Azzopardi jinħatar Direttur...

Kevin Azzopardi se jkun appuntat Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Malta Football Association. Din il-pożizzjoni fl-MFA inħolqot biex ittejjeb l-operat tal-Assoċjazzjoni f'kull qasam.

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, qal li l-MFA ilha tħoss il-ħtieġa li tinvesti u ttejjeb aktar l-operat fil-Komunikazzjoni tagħha li jinkludu r-relazzjonijiet pubbliċi, ir-relazzjoni mal-media lokali u komunikazzjoni uffiċjali oħra tal-Assoċjazzjoni.

'Għandna bżonn nilħqu aktar is-sieħba u s-segwaċi tagħna,' qal il-President tal-MFA.

Azzopardi għamel 20 sena jaħdem ma' Allied Newspapers Ltd, il-pubblikaturi ta' Times of Malta u The Sunday Times of Malta, fil-kariga ta' Editur Sportiv.

'Ninsab kuntent li Azzopardi aċċetta li jingħaqad mal-MFA. Hi kruċjali li l-Assoċjazzjoni tkompli tinvesti f'nies esperti minn kull qasam biex ittejjeb l-operat tagħha,' qal Angelo Chetcuti, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA.

Azzopardi jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-aqwa ġurnalisti sportivi tal-pajjiż u se jieħu miegħu fl-MFA esperjenza kbira li akkwista matul is-snin fil-ġurnaliżmu. Hu kien korrispondent regolari tal-Kampjonat BOV Premier u kompetizzjonijiet oħra tal-MFA u minn ta' quddiemnett biex jirraporta lit-tim nazzjonali Malti fil-partiti kollha.

Hu għandu 41 sena u għandu degree BA fil-Komunikazzjoni u rebaħ 6 darbiet l-Annual Sports Journalism Award fil-kategorija tal-'ġurnaliżmu fil-kitba' li jorganizzaw l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Hu kien ukoll il-korrispondent f'Malta għall-aġenzija internazzjonali 'Thomas Reuters'.

Kevin Azzopardi jibda fil-kariga tiegħu mill-1 ta' Frar 2017.