Maltese Olympic Committee

01/11/2017 | News release | Distributed by Public on 01/11/2017 03:19

Il-KOM isellem lil Lino Bugeja

[Attachment]

Il-Kumitat Olimpiku Malti jsellem lil LINO BUGEJA wara li tħabbret il-mewt tiegħu. Eks Segretarju Ġenerali fis-snin '70 f'mument meta l-KOM kien f'perijodu ta' transizzjoni, Lino Bugeja għex għall-isport. Apparti karriera fil-futbol kemm bħala plejer u wisq aktar bħala kowċ, Lino Bugeja jibqa' mfakkar għall-fatt li kien wieħed mill-atleti li kienu ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran f'Lixandra fl-1951. Magħruf għall-imħabba li kellu għall-Olimpijadi u l-Moviment Olimpiku. Għal bosta snin għalliem fl-Akkademja Olimpika fil-Grecja, fl-2012 ippubblika l-uniku xogħol bil-Malti ta' studju dwar l-Olimpijadi 'Agon'. Huwa wkoll membru fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-President, Kumitat Ezekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti u għaqdiet nazzjonali membri jwasslu l-kondoljanzi lil Familja Bugeja l-aktar lil uliedu Christopher u Nadya.

Charles Camenzuli
Direttur tal-Media
K
umitat Olimpiku Malti

[Attachment]

Photo caption :

Lino Bugeja fl-1978 fiż-żmien meta kien Segretarju tal-KOM flimkien ma' Joe Bajada u Sandy Duncan fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tal-KOM