Plaza Centres plc

04/28/2017 | Press release | Distributed by Public on 05/15/2017 01:33

Notice to Shareholders - Maltese Version

17 -il Laqgħa Ġenerali Annwali

Avviż għall-azzjonisti skond l-artiklu 36 ta' l-Artikli ta' Assoċjazzjoni

Bil-preżenti qed jiġi mogħti avviż ta' is-17 -il laqgħa Ġenerali Annwali ta' Plaza Centres p.l.c. li ser issir The Palace, Royal Hall, High Street Sliema, nhar l-Erbgħa 31 ta' Mejju 2017 fil-ħdax ta' fil-għodu bl-iskop illi jiġu kkunsidrati u jekk jinħass li jkun sewwa, sabiex jgħaddu ir-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

RIZOLUZZJONIJIET ORDINARJI

Ħatra ta' Diretturi

Il-kariga tad-diretturi prezenti ser tintemm fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li tmiss. Il- Kumpannija, skont l-Artikolu 56.3 ta' l-artikoli ta' l-assoċjazzjoni, ippublikat avviżi biex issejjaħ għan-nominazzjonijiet ta' persuni li għandhom interess li jokkupaw il-kariga ta' diretturi. Il-Kumpannija rċeviet ħames (5) nominazzjonijiet validi għall-ħatra ta' diretturi mingħand Prof Emanuel

P. Delia, is-Sur Charles J. Farrugia, is-Sur Alan Mizzi, is-Sur Brian R. Mizzi u s-Sur Gerald J. Zammit. Is-Sur David G. Curmi u s-Sur Etienne Sciberras ġew appuntati bħala diretturi għas-sena li ġejja mill-membri li għandhom 14% jew iktar mid- drittijiet ta' votazzjoni tal-Kumpannija, skont l-artikolu 55 ta' l-artikoli ta' l-assoċjazzjoni. Peress li hemm l-istess numru ta' nominazzjonijiet daqs kemm hemm postijiet vakanzi, mhix neċessarja elezzjoni u għalhekk il-ħames persuni nominati jiġu awtomatikament maħtura bħala diretturi skont l-artikolu 56.5 (a) ta' l-artikoli ta' l-assoċjazzjoni. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn ta' ebda riżoluzzjoni f'din il-laqgħa.

Riżoluzzjonijiet

  1. Illi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kumpannija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, kif ukoll ir- Rapporti tad-Diretturi u l-Awdituri għall-istess sena, ikunu hawn riċevuti u approvati.

  2. Illi d-dividend net finali ta' €0.0294 għal kull sehem, li jirrapreżenta l-ammont net ta' €829,650 kif irrakomandat mid- Diretturi, jkun approvat.

  3. Illi PricewaterhouseCoopers jiġu appuntati bħala awdituri tal-Kumpannija u illi d-Diretturi jkunu awtorizzati li jistabilixxu ir-rimunerazzjoni tagħhom.

  4. Illi r-remunerazzjoni totali li tista titħallas lid-diretturi kull sena tizdied minn €70,000 għal €300,000. permezz tal- introduzzjoni ta' skema ta' bonus li jvarja skond l-andament tal-kumpanija, liema skema għandha tigi introdotta b'effett mis-sena 2017.

    Illi, ir-rimunerazzjoni totali pagabbli lid-diretturi tkun maqsuma kif gej:

  5. Is-somma totali ta' € 70,000 għandha titħallas lid-direttur bħala rimunerazzjoni fissa; u

  6. L-bilanċ ta' €70,000 l-oħra għandu jkun disponibbli lid-diretturi biex jirċievu bouns kalkolat ai termini tal-formula segweuti;

  7. (5x Rizultat Positiv) x Rimunerazzjoni tad-direttur.

    Fejn it-termin u "Rizultat Posittiv" ifisser, il-percentwali li biħ l-profit qabel it-taxxa tal-kumpanija f'sena finanzjarja partikolari jeċċedi l-105% tal-profitti qabel it-taxxa tal-kumpanjija għas-sena finazjarja preċedenti, skond ma jirrizulta mid-dikjarazzjonijiet finanzjari awditjati tal-kumpanija għas-snin relevanti. Fl-ebda kaz l-ammount ta' rimunerazzjoni bonus ma' jista jeċċedi s-somma ta' €70,000.

    B'ordni tal-Bord,

    Lionel A. Lapira Segretarju tal-Kumpanija

    28 ta' April 2017

    Numru tar-Reġistrazzjoni C564

    Uffiċċju Reġistrat: Ċentru Kummerċjali tal-Plaza, Sitt Sular, Triq Bisazza, Sliema SLM 1640 - MALTA

    UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU TAL-KUMPANIJA Ċentru Kummerċjali Tal-Plaza, Sitt Sular, Triq Bisazza Sliema, SLM 1640 Malta,

    Tel.: 21 343832/3/4 Fax: 21 343830 E-mail: [email protected]

    www.plaza-shopping.com

    INFORMAZZJONI IMPORTANTI:

  8. Data tar-Records

    Dan l-avviż ġie mibgħut bil-posta lill-azzjonisti kif reġistrati sat-28 ta' April 2017. Dawn l-azzjonisti biss huma ntitolati li jattendu u jivvutaw fil-Laqgħa Ġenerali Annwali.

  9. Parteċipazzjoni u Votazzjoni ta' l-azzjonisti

    Kull azzjonist jista' jipparteċipa u jivvota fil-laqgħa billi:

  10. jattendi personalment għal-laqgħa; jew

  11. jissottometti formula ta' prokura (form of proxy) lill-Kumpannija.

  12. Attendenza Personali

    Azzjonist jista' jipparteċipa fil-laqgħa personalment billi jattendi fiżikament għal-laqgħa fid-data u fil-ħin appuntati fil- post fejn il-laqgħa se ssir (Ara "Ammissjoni fil-Laqgħa").

    Parteċipazzjoni bi Prokura

    Azzjonist jista' jipparteċipa bi prokura billi jimla u jiffirma l-formola kollha mogħtija lill-azzjonist flimkien ma' dan l-avviż u billi jibgħat din il-formola lill-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kumpannija mhux anqas minn 48 siegħa qabel il-ħin appuntat għal-laqgħa.

    Il-formula ta' prokura tista' tintbagħat lill-Kumpannija:

  13. bil-posta fl-indirizz Plaza Centres p.l.c., Ċentru Kummerċjali Tal-Plaza, Sitt Sular, Triq Bisazza, Sliema SLM 1640; jew

  14. b'mod elettroniku fl-indirizz elettroniku [email protected] jew [email protected]

  15. Fil-każ ta' prokuri mibgħuta b'mod elettroniku, il-kommunikazjoni elettronika għandha jkollha annessa magħha kopja tal-formola ta' prokura kompluta u ffirmata mill-azzjonist jew persuna hekk awtorizzata għan-nom ta' azzjonist li jkun korp ġuridiku.

    Ċ. Il-Formula ta' Prokura

    Azzjonist li jixtieq jipparteċipa fil-laqgħa bi prokura għandu jimla d-dettalji kollha rikjesti fil-formula ta' prokura b'mod ċar u preċiż. Dan jinkludi:

  16. Indikazzjoni jekk l-azzjonist jixtieqx jappunta bħala prokuratur liċ-Chairman tal-laqgħa jew persuna oħra. Fil-każ li l-azzjonist irid jappunta bħala prokuratur persuna oħra li mhix iċ-Chairman tal-laqgħa, l-isem komplet, l-indirizz u n-numru tal-karta ta' l-identita' tal-prokuratur għandhom jiġu indikati b'mod ċar u leġibbli fl-ispazju mħejji apposta;

  17. Indikazzjoni jekk jixtieqx li l-prokuratur jivvota b'mod partikolari fuq kull riżoluzzjoni jew jekk iħallix din id-deċiżjoni f'idejn il- prokuratur nnifsu. F'kull każ, l-azzjonist għandu jagħmel marka fil-kaxxa apposta fil-formola ta' prokura. Fil-każ li ma hemm ebda ndikazzjoni, jitqies li l-azzjonist awtorizza l-prokuratur jivvota kif jixtieq hu, sakemm l-azzjonist ma jindikax kif jixtieq li l-ishma miżmuma minnu għandhom jiġu vvutati billi jimmarka n-numru ta' l-ishma jew jagħmel xi marka oħra approprjata ma' ġenb ir-riżoluzzjonijiet rilevanti. F'dan il-każ il-prokuratur jitqies li hu awtorizzat li jivvota biss kif indikat mill-azzjonist fil- formola ta' prokura.

  18. ċ) Fil-każ li l-azzjonist jixtieq li l-prokuratur jivvota b'mod partikolari, għandu jindika l-votazzjoni tiegħu fil-kaxxa apposta ma' ġenb kull riżoluzzjoni. L-użu ta' salib jew marka (minflok it-tqegħid tan-numru tal-voti) fl-ispazju approprjat fil-formola ta' prokura taħt "FAVUR" jew "KONTRA" ifisser li l-azzjonist assenja l-voti kollha tiegħu jew "FAVUR" jew "KONTRA" fir-rigward ta' dik ir-riżoluzzjoni, skont il-każ. Jekk salib jew marka titqiegħed kemm fil-"FAVUR" kif ukoll fil-"KONTRA" għall-istess riżoluzzjoni, il-vot ta' l-azzjonist għal dik ir-riżoluzzjoni partikolari jkun invalidu.

    Kull riżoluzzjoni li titħalla mhux immarkata fuq il-karta tal-balluttaġġ għandha titqies bħala astensjoni

    d) Fil-każ ta' vot għal elezzjoni tad-diretturi permezz ta' prokura, jekk il-membru jixtieq jivvota għal aktar minn kandidat wieħed, allura għandu jqiegħed in-numru ta' voti li jixtieq jitfa favur il-kandidati li għalihom qed jesprimi preferenza fil-kaxxa maġenb l-isem tal-kandidat sakemm in-numru totali ta' voti mitfugħa ma jaqbiżx in-numru ta' l-ishma miżmuma.

    1. Parteċipazzjoni fil-Votazzjoni

      Azzjonist li jixtieq jipparteċipa sempliċiment billi jkollu l-voti tiegħu kkunsidrati waqt il-laqgħa jista jimla l-formola ta' prokura favur iċ-Chairman tal-laqgħa u jiddetermina kif għandu jivvota f'kull riżoluzzjoni li tittieħed fil-laqgħa billi jimla l-kaxxi "FAVUR" u/jew "KONTRA" fil-formola ta' prokura.

    2. Ammissjoni fil-laqgħa

    3. Sabiex ikun ammess, azzjonist għandu jippreżenta l-Karta ta' l-Identita' tiegħu u l-Admission Form mdaħħla ma' dan l-avviż.

    4. Fil-każ ta' ishma miżmuma min-numru ta' persuni flimkien, minbarra fil-każ ta' ishma miżmuma flimkien bejn żewġ persuni miżżewġin, il-persuna li hi msemmija l-ewwel fir-reġistru tal-azzjonisti biss titħalla tidħol fis-sala tal-Laqgħa.

      ċ) Rappreżentant ta' azzjonijiet konġunti, li m'huwiex l-ewwel wieħed imniżżel fir-Reġistru, ikun biss eliġibbli li jattendi u jivvota fil-Laqgħa, jekk il-Formola ta' Prokura tkun ġiet eżegwita favur tiegħu mid-detenturi konġunti kollha.

    5. Fil-każ ta' ishma miżmuma bejn miżżewġin, it-tnejn, jew wieħed mil-partijiet, jista' jattendi l-Laqgħa. Pero:

    6. F'kull każ, jinħareġ biss dokument ta' votazzjoni wieħed; u

    7. Jekk ikunu jixtiequ jappuntaw persuna li tkun preżenti bi prokura, il-Formola ta' Prokura għandha tiġi ffirmata u eżegwita mit-tnejn.

    8. Meta azzjonist jkun korp ġuridiku, assoċazzjoni ta' persuni, fondazzjoni jew entita' kollettiva oħra, rappreżentant rispettiv ikun biss eliġibbli li jattendi u jivvota fil-Laqgħa, jekk il-Formola ta' Prokura tkun eżegwita favur tiegħu mill-organu kompetenti tal-entita' jew assoċjazjoni li jirrappreżenta.

    9. Azzjonist minuri jistgħu jiġu rrappreżentati fil-Laqgħa mill-kuratur tiegħu, li jkollu jippreżenta l-Karta ta' Identita' tiegħu flimkien mal-Admission Form.

      ġ) Dħul għal-laqgħa jibda siegħa qabel il-ħin riklamat.

    10. Wara il-bidu tal-laqgħa, jibqgħaw jinħarġu dokumenti tal-vot biss sakemm il-laqgħa tieħu l-ewwel vot. Wara, ma jinħarġux aktar dokument tal-voti u dħul għal-Laqgħa ma jkunx permess.

    11. Abbozz ta' Riżoluzzjonijiet u Dokumenti

    12. abbozz ta' riżoluzzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati u jittieħed vot dwarhom huma inklużi bħala parti integrali minn dan l-avviż. It-test oriġinali u komplet tad-dokumenti sottomessi fil-Laqgħa, ikunu aċċessibbli fl-uffiċċju reġistrat tal- Kumpannija u fuq www.plaza-shopping.com.

      Kopja ta' dan l-avviż flimkien mad-dokumenti kollha u l-informazzjoni rikjesta fil-Listing Rule 12.11 huma aċċessibbli fuq www.plaza-shopping.com.

      Ġ. Votazzjoni

      Il-Votazzjoni għar-riżoluzzjonijiet ser issir b'wiri ta' idejn sakemm ma tintalabx votazzjoni minn kwalunkwe persuna li skont l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-Kumpannija jew kwalunkwe liġi applikabbli oħra, tista' titlob votazzjoni. Jekk jittieħed vot, l-Azzjonist (jew il-prokuratur) jista' jivvota favur jew kontra r-riżoluzzjoni jew jista' jagħżel li jastjeni milli jivvota għal dik ir-riżoluzzjoni. Biex il-vot jitqies bħala validu, l-Azzjonist ma jistax jeċċedi n-numru ta' voti (ishma) li hu intitolat għalihom hekk kif muri fuq il-Formola ta' Prokura.

      F'votazzjoni li ssir permezz ta' wiri tal-idejn, l-Azzjonist preżenti, jew il-prokuratur tiegħu, għandu vot wieħed biss indipendentement minn kemm għandu numru ta' ishma miżmuma jew rappreżentati. Waqt votazzjoni:

    13. Azzjonist preżenti għandu vot wieħed għal kull sehem miżmum; u

    14. Il-prokuratur għandu vot wieħed għal kull sehem li fir-rigward tiegħu l-prokuratur għandu Formola ta' Prokura valida.

    15. Fil-każ ta' votazzjoni permezz ta' wiri tal-idejn, prokuratur li ġie maħtur minn diversi Azzjonisti u li ngħata struzzjonijiet minn xi Azzjonisti sabiex jivvota favur waqt li oħrajn tawh struzzjonijiet biex jivvota kontra l-istess riżoluzzjoni, għandu vot wieħed favur u vot ieħor kontra r-riżoluzzjoni.

      Elezzjoni tad-Diretturi

      Azzjonist li jimmarka salib jew marka għal kandidat wieħed biss, jiġi interpretat daqs li kieku ta l-voti kollha tiegħu lil dak il-kandidat partikulari. Jekk is-salib jew il-marka jitpoġġew ħdejn iktar minn kandidat wieħed, dak il-vot ikun meqjus bħala invalidu.

      Meta l-Azzjonist jixtieq jivvota għal aktar minn kandidat wiehed, l-Azzjonist għandu jaqsam in-numru ta' voti li hu intitolat għalihom bejn il-kandidati preferuti. Jekk l-Azzjonist qed jivvota jew għall-kandidati kollha, jew għal xi uħud mill-kandidati jew għal kandidat wieħed biss, l-Azzjonist jista' jivvota billi jagħti lill-kandidat preferut jew lill-kandidati preferuti mhux iktar min-numru ta' voti li hu intitolat għalihom.

      Biex il-vot jitqies bħala validu, l-Azzjonist ma jistax jeċċedi n-numru ta' voti (ishma) li hu intitolat għalihom hekk kif muri fuq il-Formola ta' Prokura.

    16. Dritt għal Mistoqsijiet

    17. Azzjonisti (kemm jekk b'mod personali jew bi prokura) huma intitolati jagħmlu mistoqsijiet li huma pertinenti u relatati ma' kull riżoluzzjoni mressqa qabel il-Laqgħa - u li jkollhom dawn il-mistoqsijiet mwieġba mid-diretturi jew il-persuni li d-diretturi jistgħu jiddelegaw għal dak il-għan. Sabiex jiġu assigurati proċeduri effiċjenti fil-Laqgħa, id-diretturi jistiednu l-Azzjonisti sabiex, jekk jixtiequ, jissottomettu bil-miktub xi mistoqsijiet relatati mar-riżoluzzjonijiet, lis-Segretarju tal- Kumpannija, bil-posta Plaza Centres p.l.c., Ċentru Kummerċjali Tal-Plaza, Sitt Sular, Triq Bisazza, Sliema SLM 1640 jew bil-posta elettronika fl-indirizz [email protected] sa mhux iktar tard minn 48 siegħa qabel il-laqgħa. Filwaqt li d-diretturi ser jippruvaw iwieġbu għall-mistoqsijiet kollha li jitressqu waqt il-Laqgħa, dawk il-mistoqsijiet li jkunu ġew sottomessi bil-metodu msemmi hawn fuq biss ikunu intitolati għal tweġiba, b'dan illi l-mistoqsijiet mressqa għall-ewwel darba fil-laqgħa u li d-diretturi ma jkunux f'pożizzjoni li jagħtu risposta immedjata għalihom, jiġu mwieġba mid-diretturi wara l-Laqgħa, billi jdaħħlu r-risposta fuq is-sit elettroniku tal-Kumpannija.

      IL-VERSJONI BIL-MALTI TA'DAN ID-DOKUMENT QEDGĦATINTBGĦAT BISS GĦALSKOPIJIET TA'INFORMAZZJONI, U F'KAZ TA' DISKREPANZA U/JEW INKONSISTENZA BEJN IT-TEST MALTI U DAK BL-INGLIZ, GĦANDU JIPPREVALI T-TEST BL-INGLIZ.