Results

Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

01/24/2017 | Press release | Distributed by Public on 02/06/2017 06:20

IL-MINISTRU JOSÉ HERRERA JIPPREŻENTA L-PRIJORITAJIET TAL-PRESIDENZA MALTIJA TAL-KUNSILL TAL-AMBJENT LILL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Fi Brussell, ġewwa l-Parlament Ewropew quddiem il-Membri tal-Kumitat responsabbli mill-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima José Herrera preżenta l-prijoritajiet tal-Kunsill tal-Ambjent li ser ikun qed jippresjedi għas-sitt xhur li ġejjin. It-tibdil fil-klima, l-ekonomija ċirkolari, l Aġenda tal Iżvilupp Sostenibbli għall 2030 u r-reżistenza antimikrobika huma l-prijoritajiet għall-Presidenza Maltija għal dan il-qasam, liema prijoritajiet ser ikunu qed jagħmlu d-differenza liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, qal il-Ministru Herrera.

Dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Ministru José Herrera qal li l Presidenza Maltija se tibni fuq il ħidma li diġà twettqet fuq il qafas ta' politika għall klima u l enerġija għall 2030. José Herrera qal li l-Presidenza Maltija ser tara li tagħmel progress sostanzjali u konkret fuq il proposta dwar ir reviżjoni tal iskema għall iskambju ta' kwoti tal emissjonijiet (ETS) kif ukoll dwar ir Regolament dwar il Kondiviżjoni tal Isforzi (ESR) u r Regolamenti dwar l Użu tal Art, it Tibdil fl Użu tal Art u l Forestrija (LULUCF). Ser tingħata wkoll attenzjoni lill emissjonijiet mill avjazzjoni partikolarment wara l Assemblea Ġenerali tal Organizzazzjoni tal Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), qal il-Ministru Herrera.

Riżultati tanġibbli fil-bidla gradwali tal-UE lejn tkabbir aktar intelliġenti, sostenibbli u inklussiv huma l-għanijiet li rridu nilħqu permezz ta' dan il-programm iffukat li tħejja mill-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Ambjent, qal il-Ministru Herrera. Huwa qal li l Presidenza Maltija se tiffoka fuq inizjattivi li jippromwovu ekonomija aktar kompetittiva, effiċjenti fl użu tar riżorsi u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fi ħdan il qafas tal Aġenda tal Iżvilupp Sostenibbli għall 2030.

Dwar il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, il-Ministru José Herrera qal il Presidenza Maltija ser taħdem biex tmexxi 'l quddiem in negozjati fuq il-proposti leġislattivi li jemendaw is sitt Direttivi dwar l iskart.

Kwistjonijiet u prijoritajiet oħra li tkellem dwarhom il-Ministru José Herrera u l-impenn tal-Presidenza Maltija li tagħmel progress sostanzjali fuqhom inkludew il-proposta Ewro 5/6, l emenda tal kamp ta' applikazzjoni tad Direttiva dwar ir Restrizzjoni ta' Sustanzi Perikolużi (RoHS), ir riformulazzjoni tar Regolament dwar Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (POPs), id Direttiva dwar il Ħabitati u r Reviżjoni tal Implimentazzjoni Ambjentali.

'Il-Presidenza Maltija qed taħbat f'mument partikolari għall-Unjoni Ewropea. Is-sittin anniversarju tal-proġett Ewropew qed jaħbat fiż-żmien li Malta qed tippresjedi l-Kunsill tal-UE. Huwa għalhekk id-dmir ta' Malta fit-tmexxija tal-Presidenza li taħdem biex tipproteġi dak li nkiseb sal-lum filwaqt li tkompli taħdem biex tqarreb lill-istess Unjoni Ewropea aktar qrib il-popli tagħha', sostna l-Ministru Herrera.

Bi programm nazzjonali ambizjuż u msejjes fuq sitt prijoritajiet, il-Ministru José Herrera qal li Malta tinsab lesta u determinata li wara dawn is-sitt xhur tal-Presidenza, l-Unjoni Ewropea toħroġ aktar b'saħħitha.

Fil-kumitat tal-ENVI l-Ministru Herrera wieġeb il-mistoqsijiet kollha li tressqu mill-MEPs tad-diversi partiti li fil-kummenti tagħhom ilkoll faħħru l-programm ta' prijoritajiet imħejji mill-Presidenza Maltija għal dan il-qasam.

Ħajr għar-ritratt: MSDEC