Ministry for Finance of the Republic of Malta

04/27/2017 | Press release | Distributed by Public on 04/27/2017 08:05

MOODY'S IFAĦĦRU R-RIŻULTATI FISKALI MIKSUBA MILL-GVERN

​L-aġenzija internazzjonali Moody's iddedikat rapport speċjali fuq is-surplus li pajjiżna kiseb fil finanzi pubbliċi.

L-artiklu miktub minn tliet ekonomisti tal-Moodys jismu 'Malta's surprise 2016 budget surplus is credit positive'. Fil-fatt, qabel ħarġet il-konferma mill-Eurostat tar-riżultat ta' 1% surplus, Moody's kienet qed tbassar defiċit ta' 0.8% għal pajjiżna. Skont Moody's, ir-riżultat tas-surplus isaħħaħ ħafna lil pajjiżna tant li jgħidu li the surplus is credit positive because it accelerates the decline in the Maltese government's debt burden, and confirms that debt has fallen below the European Commission's (EC) 60% Maastricht threshold one year earlier than forecast.

Il-Moody's issostni li r-riżultat miksub kien dovut l-iktar għal dħul għoli minn taxxi, minkejja li tnaqqsu r-rati, kemm minħabba profitti ogħla milli previst għan-negozji, kif ukoll dħul ferm ogħla għall-familji. Fost il-fatturi għal dan id-dħul għall-familji, Moody's issemmi l-qagħda ferm tajba tat-turiżmu, u kif din qed twassal għal dħul aħjar għall-familji f'pajjiżna.

Fattur ieħor li ssemmi l-aġenzija Moody's huwa s-suċċess kbir tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment, li qed iwassal għal dħul qawwi. Dan filwaqt li rrimarkaw li l-programm għadu biss fil-bidu tiegħu u fadal ħafna aktar prospetti ta' dħul. L-esperti tal-Moody's ifakkru wkoll li l-Gvern qed ifaddal 70% mid-dħul tal-IIP fin-National Development and Social Fund.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tattakka lill-Gvern li qed jonfoq wisq, l-esperti tal-Moody's jgħidu li the Maltese authorities have been successful in reducing public expenditures by around 1.4%, despite increased costs associated with Malta hosting the EC presidency this year (estimated at around 54 million, or 0.5% of GDP in 2016-17), which bodes well for containing expenditure over the course of this year.

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li s-surplus kien ħaġa faċli u li huwa biss propaganda, esperti internazzjonali ħassew li tant huwa importanti li kellu jingħata spazju f'pubblikazzjoni litintbagħat lil investituri madwar id-dinja kollha.

L-analiżi magħmula mill-esperti barranin turi kemm ir-riżultati miksuba huma importanti għal pajjiżna u juru kemm Malta saret eżempju ta' suċċess fost il-komunità ekonomika u finanzjarja madwar id-dinja.