NAO - National Audit Office

12/14/2016 | Press release | Distributed by Public on 12/15/2016 03:23

14/12/2016 - L-ewwel zjara tal-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat, fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika

Illum, il-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) Leo Brincat ghamel l-ewwel zjara ufficjali tieghu fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fejn gie milqugh mill-Awditur Generali Charles Deguara u d-Deputat Awditur Generali Noel Camilleri.

Waqt li kien qed jindirizza lill-oghla ufficjali ta' dan l-Ufficcju, Leo Brincat appella biex jinstab mezz effettiv sabiex ir-Rapporti Specjali tal-Qorti Ewropea, li jkopru suggetti varji li ghandhom impatt fuq ic-cittadini Ewropej-mis-sahha sal-edukazzjoni, il-problema tal-migrazzjoni u l-frodi mill-VAT, il-public procurement, il-klima u l-energija, kif ukoll is-sajd u l-iskema tal-Youth Guarantee, fost hafna ohrajn-jaslu ghand l-entitajiet u d-dipartimenti tal-gvern ta' kull stat membru, u dan indipendentament minn jekk jaghmlux referenza specifika ghall-pajjizi individwali, biex b'hekk ikun qed jizdied dejjem aktar il-valur mizjud tar-rapporti nfushom.

Leo Brincat sahaq li l-QEA u l-NAO ghandhom jibqghu jahdmu id f'id biex jiffukaw dejjem aktar fuq il-prijoritajiet tac-cittadini komuni. Huwa stieden lill-NAO biex iressaq suggerimenti prattici dwar kif jista' jissahhah l-iskrutinju tal-governanza korporattiva fl-UE, filwaqt li jikber il-focus fuq oqsma ewlenin ta' riskju. Huwa zied jghid li l-NAO ghandu rwol strumentali x'jilghab biex jghin lill-QEA tilhaq l-aktar firxa wiesgha ta' stakeholders fis-socjetà tal-istati membri nfushom lil hinn minn dawk istituzzjonali, bhall-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, u l-Parlament Ewropew.

Leo Brincat stieden li jkun hemm aktar konferenzi f'pajjizna bejn il-QEA u l-NAO dwar l-ahjar prattici fil-qasam tal-awditjar skont il-htigijiet ta' zminijietna mmirati ghan-nies fis-settur pubbliku, kif ukoll ghal stakeholders ohrajn.

Min-naha tieghu, l-Awditur Generali sahaq li l-Ufficcju huwa kommess li jibqa' jahdem f'kooperazzjoni shiha mal-QEA li ghandha rwol fundamentali biex tassigura l-ahjar uzu tal-fondi uzati mill-Kummissjoni Ewropea u minn entitajiet ohra skont bosta programmi u inizjattivi.

B'referenza partikolari ghall-impenn lokali tal-NAO, Charles Deguara sahaq li din kienet sena ohra impenjattiva ferm ghal dan l-Ufficcju. Fil-fatt, matul l-2016, l-Ufficcju lahaq in-numru rekord ta' rapporti li gew mahruga fl-2014, li jiffukaw fuq bosta suggetti varji li xi whud minnhom jigu eventwalment diskussi fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici. L-Awditur Generali wassal l-apprezzament tieghu lid-Deputat Awditur Generali u lill-istaff kollu tal-Ufficcju ghad-dedikazzjoni u ghall-professjonalità li juru konsistentament fix-xoghol taghhom bl-ghan ewlieni li tissahhah il-kontabilità u t-trasparenza fl-uzu ta' fondi pubblici f'Malta.