Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

11/16/2016 | Press release | Distributed by Public on 11/24/2016 03:40

JITWAQQAF IL-BORD TAL-PARK NAZZJONALI TAL-INWADAR

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Jose Herrera waqqaf il-Bord tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar, li ser ikun kompost minn:

Chairperson: Steve Borg

Viċi-Chairperson: Andrew Micallef

Membri: Michelle Borg

Catherine Tabone

Chris Spiteri

Dan il-Bord qed jiġi mwaqqaf wara li ġie fis-seħħ Avviż Legali li permezz tiegħu ġew stabbiliti r-regolamenti tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar.

Wara li l-Gvern iddeċieda li jestendi l-konfini tal-park b'44,000 m2, bi 30,000 m2 minnhom jiġu meħuda lura miż-żona ta' żvilupp, f'dan l-Avviż Legali 955,000m2 t'art ġiet iddikjarata bħala żona protetta.

Il-Ministru Jose Herrera żamm l-ewwel laqgħa magħhom, fejn enfasizza li l-ewwel prijorità ta' dan il-Bord għandha tkun li jitnaddaf il-Park.