Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

03/28/2017 | Press release | Distributed by Public on 03/30/2017 01:22

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima jikkjarifika li l-Ministru José Herrera qatt u mkien ma qal li 'l-proġetti ta' kostruzzjoni tal-Gvern, bħal akkomodazzjoni soċjali, ma jistgħux jinbdew għax m'hemmx fejn jintrema l-iskart ta' kostruzzjoni,' kif ġie rrappurtat.

Kuntrarju għall-impressjoni li setgħet ingħatat, il-Ministru qal li r-regolamenti l-ġodda, li dalwaqt se jkunu ppubblikati, se jidħlu fis-seħħ biex bħala Gvern nantiċipaw sitwazzjonijiet fejn proġetti jkunu jridu jibdew imma jeħlu għax ikun hemm il-problema ta' rimi ta' skart tal-kostruzzjoni.