Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

03/08/2017 | Press release | Distributed by Public on 03/14/2017 02:36

STQARRIJA MINISTERJALI MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS U MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA DWAR IL-KOLLASS TAT-TIEQA TAD-DWEJRA

Il-pajjiż illum tilef ġawra turistika. Dalgħodu kif jaf kulħadd ġġarfet kompletament it-Tieqa tad-Dwejra, ikona li hi sinonima mal-gżira ta' Għawdex. Konvint li nkun qed nesprimi s-sentiment ta' xokk kemm ta' din il-Kamra kif ukoll tal-poplu Malti u Għawdxi meta nafu li din hija telfa irreparabbli. Telfa li ġibdet ukoll l-attenzjoni internazzjonali. Kienu diversi s-siti tal-aħbarijiet internazzjonali li rrappurtaw dak li ġara, rappurtaġġ li faċli tasal li sar b'sens ta' solidarjetà magħna bħala pajjiż.

Kbira kemm hi kbira din it-telfa nazzjonali m'għandux ifisser li Għawdex tilef il-potenzjal turistiku tiegħu jew li m'għandux aktar x'joffri. It-Tieqa tad-Dwejra fiha nnifisha tifforma parti minn żona ambjentali ta' importanza kbira tant li hi rikonoxxuta bħala sit ta' Natura 2000 kif ukoll mill-UNESCO. Dwar l-aspett ambjentali ser ikompli l-kollega tiegħi, il-Ministru responsabbli mill-Ambjent, l-Onorevoli Josѐ Herrera.

Dak li sfortunatament seħħ illum kien previst għaliex l-elementi naturali ma jista' jżommhom ħadd. Dak li ħolqot in-natura, ħaditu lura n-natura. Tant kien previst li mhux din l-amministrazzjoni biss ippruvat ittawwal il-ħajja ta' din il-ġawra turistika, imma anke amministrazzjonijiet differenti u preċedenti.

Fil-fatt taħt l-amministrazzjoni preċedenti saru studji, saru rapporti u saru anke rakkomandazzjonijiet li kienu validi. Din l-amministrazzjoni kompliet fuqhom.

Sadanittant, dan li ġara llum, m'għandux jaqtalna qalbna u li Għawdex ma jkomplix jikseb is-suċċess li kellu s-sena li għaddiet u ta' qabilha fejn jirrigwarda turiżmu, kemm dak domestiku kif ukoll internazzjonali.

Nixtieq ngħid li skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika fl-2016 in-numru ta' viżitaturi barranin li żaru Għawdex kien ta' 1.15 miljun, żieda ta' aktar minn 13% fuq l-2015. Għaldaqstant ta' min wieħed jinnota li n-numru ta' viżitaturi f'Għawdex kiber bi kważi 340,000 mill-bidu ta' din il-leġiżlatura, jiġifieri żieda ta' 42% fuq l-2012.

Konxju mill-fatt li t-turiżmu f'Għawdex huwa l-mutur ewlieni għall-ekonomija Għawdxija, jikkontribwixxi ċirka 60 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku tal-ekonomija Għawdxija. Il-Gvern jemmen bi sħiħ bil-prospetti sbieħ li għandu Għawdex sabiex ikun tassew destinazzjoni turistika distinta.

Mhux ser nitilfu ħin. Minn għada stess l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tkun qed taħdem flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Tourism Association sabiex tirreaġixxi għal dak li ġara mill-aspett ta' marketing tal-gżira ta' Għawdex fis-swieq turistiċi kemm dawk prinċipali u sekondarji u dan sabiex naċċertaw li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq is-swieq tagħna minħabba dan l-akkadut. Kunfidenti li naslu u li nibqgħu insaħħu dak li bnejna flimkien.

Qed naħdmu lkoll flimkien bħala Gvern, partikolarment il-kollega Ministru Anton Refalo, sabiex il-Gżira ta' Għawdex tiġi ppożizzjonata bħala destinazzjoni separata u distinta minn Malta. Qed naħdmu fuq niċeċ varji f'Għawdex fejn hemm minnhom diġà żviluppati bħan-niċċa tad-diving, u turiżmu rurali, kif ukoll oħrajn li qed naħdmu fuqhom bi sħiħ bħala Gvern sabiex niżviluppaw, eżempju ta' dan huwa t-turiżmu mediku.

Qabel ma nħalli l-kelma lill-kollega tiegħi, l-Ministru Herrera naċċerta lill-Għawdxin kollha u lill-poplu Malti b'mod ġenerali li dak li ġara llum mhux ser jaqtalna qalbna, anzi ser jixrpunana aktar bħala Gvern biex Għawdex jimxi 'l quddiem u jibbenefika dejjem aktar mis-suċċess turistiku bla preċedent li qed jirreġistra dan il-Gvern.

Fl-aħħar ta' din l-istqarrija l-Ministri kollha involuti ser ikunu hawn sabiex inwieġbu għal kwalunkwe domanda fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

It Tieqa tad Dwejra kienet arkata naturali magħmula mill parti ta' fuq taż żonqor (Lower Coralline Limestone Formation). Huwa magħruf li dawn l arkati naturali huma temporanji u jiffurmaw parti minn ċiklu ta' ħafi (erosion). Fid Dwejra hemm eżempji oħra ta' dan il proċess, partikularment jidher fil Bajja tad Dwejra, fejn minħabba l-azzjoni tal mewġ u n natura tal blat, ċedew diversi strutturi li waslu biex tifforma Ħaġret il Ġeneral (Fungus Rock).

It Tieqa tad Dwejra esperjenzat bidliet drammatiċi fil morfoloġija tagħha matul dawn l aħħar 30 sena. Dawn il bidliet kienu r riżultat tal proċessi dinamiċi relatati mal ħafi naturali (natural erosion) tagħha. Minħabba dan ġew ikkummissjonati studji mwettqa minn esperti fis settur li kollha indikaw li l kollass tat Tieqa huwa avveniment naturali inevitabbli.

Sfortunatament, illum, it 8 ta' Marzu 2017, fid 09:30 ta' filgħodu ġie rrappurtat li t Tieqa tad Dwejra waqgħet. Skont kif irraportat, l Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Malta irrekordja li fis 02:15 ta' filgħodu kien hemm riħ Majjistral b'qawwa ta' 23 knots (forza 6), b'buffuri ta' 35 knots (forza 8). Dan żied għal 28 knots (forza 7) b'buffuri ta' 44 knots (forza 9) fid 09:15 ta' filgħodu. Għalhekk, huwa probabbli li l irjiħat qawwija u l mewġ kkontribwew għall kollass tal istruttura.

F' rapport ikkummissjonat mill Ministeru għall Iżvilupp Sostenibbli, l Ambjent u Tibdil fil Klima (imħejji mill Geoscience Consulting fl 2013) l istabbiltà u l integrità tat Tieqa tad Dwejra kien deskritt bħala dipendenti fuq influwenzi esterni, jiġifieri l kwalitajiet mekkaniċi tal blat u l proċessi ġeomorfoloġiċi.

Il ġeoloġija tat Tieqa tad Dwejra kienet tikkonsisti f'żewġ unitajiet ta' blat distinti li jġibu ruħhom b'mod differenti meta jkunu soġġetti għall ħafi. Filwaqt li l arkata innifisha (li kellha ħxuna ta' madwar 4m), hija magħmula mill Mara Member u x Xlendi Member, il pilastru u l bażi tat Tieqa tad Dwejra huma magħmulin mill Attard Member. Madwar 90% tas saff t'isfel ta' blat (Attard Member) waqa' fl aħħar 30 sena.

F'April 2012, il pilastru esperjenza falliment billi massa ta' blat trijangolari kbira waqgħet. Filwaqt li dan il falliment ma kabarx l arkata, huwa kompla inaqqas il massa tal pilastru. Aktarx l azzjoni tal mewġ affettwat l aktar il bażi tal pilastru, u ddgħajjef aktar il pilastru. Barra minn hekk, fessuri u ħarq (fissures) fil blat tal pilastru innifsu setgħu kkontribwew ukoll biex iddgħajfet l istruttura. Il kombinazzjoni ta' dawn il proċessi naturali u l ħafi, flimkien ma' temp kiefer, x'aktarx kkawżaw il falliment tal istruttura.

Bħalissa qed jiġu meqjusa żewġ possibiltajiet li wasslu għall falliment tat Tieqa. L ewwel possibiltà hija li l bażi tal pilastru ċeda minħabba ħafi kkaġunat mill azzjonijiet tal mewġ u tal kurrenti tal baħar tul iż żmien. Alternattiva oħra hi li l arkata ġġarrfet minħabba l mewġ u l fissuri u l ħarq li żviluppaw matul iż żminijiet, bil konsegwenza illi malli ċediet l arkata, il pilastru ċeda minnu nnifsu minħabba nuqqas ta' sapport.

Is Sit Natura 2000

It Tieqa kienet parti mis sit tad Dwejra, li huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala sit Natura 2000. Minn dan l aspett, l ERA flimkien mal Ministeru għall Iżvilupp Sostenibbli, l Ambjent u Tibdil fil Klima fassal pjan ta' tmexxija li ġie approvat mill Gvern fl 2016. Il kollass tat Tieqa ma jnaqqas xejn mill importanza ambjentali tal post u l pjan tat tmexxija nnifsu, u għalhekk il Ministeru tal Ambjent se jkompli jaħdem biex jimplimenta dan il pjan.

Fil fatt f'din l aħħar sena, il Ministeru għall Iżvilupp Sostenibbli, l Ambjent u Tibdil fil Klima għamel Steering Committee biex jassisti fuq it tmexxija tas sit, u l Awtorità għall Ambjent u r Riżorsi (l ERA) kienet qiegħda ssegwi t tmexxja tad Dwejra aktar mill qrib, flimkien ma' dan il Kumitat.

Il Kumitat ħadem fuq diversi aspetti tal Pjan ta' Tmexxija (Management Plan) tas sit Natura 2000 tad Dwejra. L ERA ħarġet Ordni ta' Konservazzjoni minħabba li din it Tieqa kienet ta' periklu għan nies u saru sinjali ċari fuq il post biex jindikaw dan il periklu. L ERA ħadmet ukoll mal Ministeru għal Għawdex biex jitneħħew speċi barranin li kienu qed jagħmlu l ħsara lill-post, u bdew ukoll diskussjoniet b'mod estensiv mal-istakeholders u nies li jużaw il post. Il Kumitat kien qed jaħseb ukoll fuq pjan ta' monitoraġġ tat-Tieqa li kien se jibda fil-futur qarib biex ikollna data u tagħrif aktar attwali u regolari fuq l-istrutura tat-Tieqa. Barra minn dan, il-Kumitat qed ifassal pjan ta' sorveljanza tas sit Natura 2000 li għandu jitwettaq bi sħab bejn il Ministeri responsabbli mill Ambjent, it Turiżmu u Għawdex.