MFA - Malta Football Association

11/17/2016 | News release | Distributed by Public on 11/17/2016 04:06

SKAMBJU TA’ REFEREES MA’ SAN MARINO...

L-uffiċjalielite Matthew De Gabriele u Etienne Mangion (referees), u Peter Abela u Christopher Azzopardi (assistant referees), ser imorru San Marino u jkunu mpenjati f'dawn il-logħbiet:

· 19/11fit-3pm, Matthew De Gabriele jikkontrolla Juvenes/Dogana vs Libertas f'Montecchio.

· 20/11 fid-9.15pm, Etienne Mangion jikkontrolla La Fiorita vs Tre Penne f'Montecchio.

(Fiż-żewġ logħbiet, Matthew De Gabriele u Etienne Mangion jalternaw ir-rwoli ta' referee u raba' uffiċjal).

Huma ser ikunu akkumpanjati minn Paul Caruana li jkun referee observer ta' dawn iż-żewġ logħbiet:

· 19/11 fid-9.15pm, Domagnano vs Fiorentino, f'Serravalle.

· 20/11 fit-3pm, Virtus vs Folgore f'Domagnano

Fl-istess jumejn, referees u assistant referees minn San Marino jiġu Malta u jikkontrollaw żewġ partiti mill-Premier League u l-Ewwel Divizjoni; huma jkunu akkumpanjati minn referee observer Sanmarinese li jkun impenjat f'żewġ logħbiet differenti mill-Premier League u l-Ewwel Divizjoni.

Logħbiet bħal dawn iservu tajjeb għall-uffiċjali tagħna, kemm personali kif ukoll għall-ġid tal-karrieri futuri tagħhom lokalment u bħala esperjenza internazzjoni.

Għall-Malta FA, dawn l-iskambji regolari huma parti mill-impenn tagħha biex ittejjeb is-settur tar-refereeing permezz ta' opportunitajiet għall-iżvilupp tal-ogħla kategorija ta' uffiċjali.

Aktar tard fl-istaġun, il-Malta FA Refereeing Centre iħabbar aktar programmi simili ta' skambji ta' referees.