MFA - Malta Football Association

01/02/2017 | News release | Distributed by Public on 01/02/2017 08:02

Training camps f’Malta: Jibdew jaslu...

L-Erbgħa 4 ta' Jannar jasal l-ewwel tim; Fortuna Dusseldorf 1985 FC tal-Ġermanja u l-Ġimgħa 6 ta' Jannar jaslu f'pajjiżna Universal Craiova FC tar-Rumanija. Dawn se jkunu l-ewwel żewġ timijiet minn sensiela.

It-timijiet f'pajjiżna se jibqgħu jiġu f'Malta għal dawn it-training camps sal-aħħar ta' Marzu, u fost timijiet oħra li ġejjin, insibu lil St Gallen tal-Isvizzera, Wolfsberger FC tal-Awstrija, Staebek FC u Aalesunds FC tan-Norveġja, u żewġ timijiet oħra mir-Russja u mill-Polonja, li isimhom ma kienx żvelat minn Malta Football Camps Ltd.

It-taħriġ ta' dawn il-klabbs se jibda jsir fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, fil-Hibernians Stadium, f'Kordin, u fit-training grounds tal-MFA.

Għal din is-sena, Malta Football Camps Ltd, f'ġemellaġġ ma' Travel Club Ltd, kumpanija Svizzera, se jġibu f'pajjiżna mas-16-il klabb professjonali u 25 klabb amateur. L-għan taż-żewġ kumpaniji, flimkien mal-MFA, se jkun li sas-sena 2019, jibdew jinġiebu f'Malta 40 klabb professjonali u 150 klabb amateur.

Għall-10 snin li ġejjin Malta Football Camps Ltd u Travel Club Ltd, se jaħdmu flimkien biex jinġiebu dawn it-timijiet lejn Malta. Malta Football Camps se tieħu ħsieb it-timijiet professjonali u Travel Club se jieħdu ħsieb dawk amateurs.