MFA - Malta Football Association

12/16/2016 | News release | Distributed by Public on 12/16/2016 03:13

Referees: Issir il-preżentazzjoni tal-FIFA...

Il-Ħamsi filgħaxija, f'lukanda ewlenija f'San Ġiljan, saret il-preżentazzjoni tal-FIFA Badges tar-Referees għas-sena 2017.

Din il-preżentazzjoni kienet segwieta b'festin u għaliha kienu mistiedna r-referees, referee observers u l-media lokali.

Dr Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-MFA, Is-Sur Alex Manfre', Viċi President tal-MFA, Alexei Tabone, Kevin Azzopardi, Direttur tar-Referees fi ħdan l-MFA u l-President tal-Malta Football Referees Association indirizzaw lil mistiedna b'messaġġ tal-okkażjoni. Dr Matthew Paris, Viċi President tal-MFA kien preżenti wkoll għal din l-okkażjoni.

L-erba' referees fuq il-panel tal-FIFA għas-sena 2017 se jerġgħu jkunu; Clayton Pisani, Alan Mario Sant, Fyodor Zammit u Trustin Farrugia Cann.

It-tmien Assistant Referees fuq il-panel tal-FIFA se jkunu; Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Jurgen Spiteri, Edward Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.

Matthew Vella u Clinton Mario Cassar huma r-referees tal-futsal lokali fuq il-panel tal-FIFA mentri Jude Amin Utulu u Jonathan Mallia u FIFA Beach Soccer Referees għal 2017.

Esther Azzopardi hi l-FIFA Women Referee għal 2017.