Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change of the Republic of Malta

11/14/2016 | Press release | Distributed by Public on 11/24/2016 03:40

IL-MINISTRU JOSÉ HERRERA IĦALLI MALTA GĦALL-COP 22

Illum il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Dr José Herrera ħalla Malta lejn il-Marokk biex jirrapreżenta lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat għas-Summit dinji dwar il-klima tal-COP 22 li qed isir f'Marrakexx.

Dan is-summit huwa importanti għaliex qed isir wara li l-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 u issa l-mexxejja tal-Gvernijiet u Stati ta' madwar id-dinja ser ikunu qed jiddiskutu biex iwittu t-triq ħalli dan il-ftehim jiġi attwat. Malta kienet fost tal-ewwel mill-pajjizi tal-UE li rratifikat it-trattat ta' Pariġi.

F'dinja globalizzata t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-aktar suġġetti ta' importanza internazzjonali u l-pajjiżi kollha ta' madwar id-dinja jeħtieġ li jagħmlu l-isforzi tagħhom sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Parigi biex niggarantixxu dinja aktar sostenibbli imsejsa fuq livell baxx ta' karbonju, reżiljenti u favur l-ambjent, tenna l-Ministru Herrera.

Il-Ministru Herrera mistenni jindirizza l-Konferenza tal-Partijiet (COP) dwar it-tibdil fil-klima matul il-jum tal-Erbgħa.