Ministry for the Economy, Investment and Small Business of the Republic of Malta

10/19/2023 | Press release | Distributed by Public on 10/20/2023 01:04

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':

Triq Joseph A. Sacco u Triq Joseph Gravina, Il-Gudja;

Triq Joseph Gravina, Ħal Għaxaq;

Triq Joseph Spiteri Sacco, Il-Ħamrun; u

Triq Afrodite u Triq il-Qrolla, Marsaxlokk

li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Ottubru, 2023, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-17 ta' Ottubru, 2023.​