Ministry for the Environment, Energy and Enterprise of Malta

06/04/2023 | Press release | Distributed by Public on 06/05/2023 08:45

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Festa Nazzjonali Sette Giugno 1919


Attivitajiet organizzati minn Festivals Malta flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Parlament ta' Malta biex ifakkru is-Sette Giugno 1919.

It-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2023

Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919 f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta fis-6.45 ta' filgħaxija. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors, l-Ispeaker, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, id-Dekan tal-Korp Diplomatiku, is-Sindku tal-Belt Valletta, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra jqiegħdu kuruni f'riġlejn il-Monument tas-Sette Giugno 1919. F'din l-attività ser tieħu sehem il-Banda tal-Korp tal-Pulizija bis-sehem ukoll tal-kor tat-tfal mill-Kulleġġ San Injazju.

L-Erbgħa, 7 ta' Ġunju 2023

Tislima lill-Vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta' Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid fid-09.00 ta' filgħodu. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 - CarmeloAbela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.

Fil-11.00 ta' filgħodu jsir tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta, akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. ​